It-tribalizmu fis-socjeta taghna qatt ma kien daqshekk ovvju kif inhu f’dawn il-granet. Joseph Muscat kellu hafna ghajtiet qabel l-elezzjoni li ghaddiet pero wahda mill-izjed li kienu ghogbuni kienet dik meta qal li l-politika mghandhiex taqsam poplu u li progressivament il-politika ghandha ssir irrelevanti ghax in-nies m’ghadhomx interessati fil-politika imma n-nies rizultati jridu. Kemm kellu ragun. U kemm ghamel ezatt l-oppost!
Fil-fatt il-maggoranza tad-decizjonijiet tal-gvern ta’ Muscat ziedu l-qasma u l-firda fis-socjeta’ taghna. Kien hemm min kien qal li dan kien sintomu ta’ bniedem perikoluz li ried igib fix-xejn id-diskussjoni politika billi jdajjef il-klassi politika li kien jifforma parti minna hu stess, sabiex b’hekk hu jiddomina u jiggverna bla xkiel u diskussjoni.
Fil-fatt dan il-kliem ma kellu l-ebda intenzjoni makkjaveljana jew perikoluza – kien sempliciment kliem fieragh biex jappella ghal dik is-sezzjoni dejjem tikber ta’ l-elettorat li l-politika partiggjana qazzitu. Kull ma kien qed ighid kien qed ighidu biex jintghogob u xejn izjed. Fil-fatt Dr Muscat kellu opportunita’ inkredibbli f’dawn l-ahhar erba’ snin li jnaqqas it-tensjoni u b’hekk il-poplu jibda jikkoezisti b’mod aktar armonjuz minflok ighix fi stat permanenti ta’ glied fuq kull livell socjali.
Dan hu dak li jmissu jahdmu ghalih il-partiti taghna. Partit politiku ma jezistix biex izid jew johloq divizjoni. Partit politiku jezisti biex jikkontribwixxi ghall-gid komuni halli pajjizna jimxi l-quddiem. Minflok il-partiti taghna llum ma jitilfux okkazzjoni biex ikasbru lil xulxin – id-djalogu ma jezistix. L-emozzjonijiet pwerili jirrenjaw u l-boxxla ntilfet. Importanti li ghall-gid taghna u tal-generazzjonijiet futuri ahna ghandna naghmlu sforz biex niehdu pass lura mill-mandra li qeghdin fiha u nirragunaw ftit.
Ir-ragunar huwa fil-fatt wiehed semplici hafna – is-socjeta’ taghna x’qed tiehu mid-dikotomija politika li ghandna bhalissa? Dawn il-partiti x’kontribut qed jaghtu meta jiggvernawna li ma nistghux naghtu ahna lilna nfusna? Ghandna verament bzonn li nkunu parti min partit? Hemm xi cans li nibdew nahsbu b’mohhna individwalment? Id-decizjoni li tmur tivvota jew li tibqa’ d-dar trid tittiehed b’raguni u b’sens – mhux bi protesta. Tibqa’ d-dar ghax ma temminx li l-individwi li qed jipprezentawlek il-partiti ser jirrapprezentawk kif imiss. U ghandek kull dritt.
Min ma jridx jippartecipa fil-process demokratiku ghandu kull dritt li jaghmel hekk u hadd m’ghandu d-dritt jippriedka u jghid li tivvota huwa dover. Min hareg biha din? Mhux il-partiti politici taghna ghax hekk jaqbillhom ighidu sabiex jibqghu dejjem izjed rilevanti. B’hekk ikompli jizdied it-tribalizmu politiku-socjali li sfortunatament sar parti integrali min hajjitna.
Wasal il-hin li nahsbu ftit. Jirbah min jirbah fit-3 ta’ Gunju mghandux iwaqqafna milli nahdmu kontra din il-politika tad-divizjoni, tat-tghajjir u tal-hmieg li darrewna biha l-politici taghna. Wasal iz-zmien li nirrejagixxu billi niggieldu kontra l-injoranza u l-medjokrita’ politika – Malta jisthoqqilha hafna ahjar.