L-ikbar gidba

pinocchio_aftrol

L-ahhar elezzjoni intrebhet fuq l-ghajta tal-ikbar gidba politika li qatt intqalet: “Malta Taghna Lkoll”. Kulhadd jaf f’xiex ninsabu llum. Ma nistghux ikunu iktar ‘l boghod mill-proposizzjoni li Malta hija taghna lkoll.

Infakkar, b’ezempju tal-imghoddi, in-nomini minn Gvern Nazzjonalista tal-Imhallef Philip Sciberras u tal-Imhallef Joseph Azzopardi, li ejja nghiduha kif inhi, m’humiex ezattament Nazzjonalisti D.O.K. Dan jurina kif sa ftit snin ilu (2002 u 2003, rispettivament) ma kien hemm xejn stramb jew straordinarju li ex-partitarju laburista jigi nominat Imhallef minn gvern Nazzjonalista, u hekk ghandu jkun.

Xi haga bhal din hija llum fantazija li wiehed lanqas biss johlomha bil-lejl. Ghalfejn? Ghax l-ghajta ta’ “Malta Taghna Lkoll” kienet l-akbar dahka fil-wicc fil-politika Maltija minn zmien l-Indipendenza ‘l hawn.  Il-verità hi li Malta hija tal-ftit. Tal-ftit li jhaddnu twemmin politiku partikolari, bir-rizultat li l-bqija gew marginalizzati ghal kollox, indipendentement mill-kompetenza o meno taghhom.

L-effetti ta’ dan kollu digà qed jinhassu. Ahsbu fil-Kummissarju tal-Pulizija, ahsbu fiz-zekzik li jinqala’ meta kawzi partikolari jigu quddiem Imhalfin partikolari. Mhux ha nidhol fil-kwistjoni jekk il-Gustizzja hijiex qeghda issir fil-fatt. Il-punt ewlieni li kulhadd qisu nesa huwa (u dan jafuh anki l-istudenti tat-tieni sena fil-kors tal-ligi) li “Not only must Justice be done; it must also be seen to be done.”

Illum dan il-kuncett sar aljen. Ninsabu f’sitwazzjoni fejn il-fiducja fl-istituzzjonijiet tmermret u jekk l-affarjiet ser jibqghu sejrin hekk (garanzija jekk jitla’ Muscat) ser iwasslu ghal kroll istituzzjonali. Il-verità hija wahda. Jista’ jkollok lil Padre Pio Imhallef, però ma tridux jiddeciedi kawza bejnek u l-Knisja Kattolika.

Dak li qed jigri llum mhux semplicement li qed jintaghzlu nies ta’ certa estrazzjoni politika ghal certi karigi. Morna ferm lil hinn minn hekk. Qed jintaghzlu, kwazi esklussivament, attivisti politici, jew nies imparentati maghhom, ghal karigi fejn suppost l-imparzjalità u l-indipendenza huma kriterji ewlenin.

Dan wahdu jurina kif “Malta Taghna Lkoll” kienet l-ikbar gidba politika li qatt intqalet. Issa wasalna ghall-gidba li jmiss: “L-Aqwa Zmien ta’ Pajjizna”.Il-Bank Centrali digà qed jghid mod iehor (https://www.centralbankmalta.org/file.aspx?f=51492).

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s